Għid il-Ħamsin – il-Pentekoste

Paola 290Nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju, id-djoċesi Maltija se tiċċelebra l-Festa tal-Pentekoste (Għid il-Ħamsin) fil-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid.

Iċ-ċelebrazzjoni tibda b’velja fis-7.30pm u tinkludi quddiesa kantata.

Il-Kor Sine Macula ġie mistieden biex  janima din iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali. Se jesegwixxi l-MISSA SANCTE AGUSTINAS fejn il-kongregazzjoni tkun mistiedna tipparteċipa bil-kant tar-ritornelli.

Il-Ħadd 8 ta’ Ġunju mbagħad, fil-parroċċa tagħna, se jkun hemm quddiesa speċjali organizzata minn Tal-MUSEUM. Mistednin speċjali huma ż-żgħażagħ kollha li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof, il-ġenituri u l-parrinijiet.

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *