15843961_1831986967056599_4409432000289718226_o

Sejħa għar-restawr tal-pupltu fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Safi

Il-Parroċċa ta’ Ħal Safi qed tilqa’ applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jaħdmu u jagħmlu dan ix-xoghol ta’ restawr. Dawk interessati għandhom jibgħatu l-istimi tagħhom għal dan ix-xoghol fuq l-indirizz postali: 21, Domus Curialis, Triq Santa Marija Ħal Safi sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 23 ta’ Novembru.

Min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jċempel fuq in-numru 21649223.

science-innovation-in-the-community-pres.-photos-2021-10-18-01

Installazzjoni ta’ Dawl Innovattiv u Artistiku għall-Patrimonju Kulturali tal-Parroċċa ta’ Ħal Safi

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Ottubru 2021, is-Sur Tarcisio Barbara, Moderatur tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, f’isem il-Parroċċa attenda għal attivita’ li saret fl-4:00pm, fil-Valletta Campus Theatre, ġewwa l-Binja tal-Universita’ l-Qadima, li fiha l-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Dr Owen Bonnici, ippreżenta n-notifika tas-somma allokata lill-parroċċa tagħna għall-proġett sottomess bit-titlu Installation of Innovative Artistic Heritage Lighting – Ħal Safi Parish u li jaqa’ taħt l-iskema Xjenza u Innovazzjoni fil-Komunita’.

Permezz ta’ dawn il-fondi allokati ser inkunu qed intejbu:-
a. Id-dawl intern li jdawwal il-pittura tal-koppla li juru d-doni tal-Ispirtu s-Santu, kif ukoll tal-lunetti ta’ taħtha li juru l-Evanġelisti.

b. Id-dawl estern tal-knisja ta’ Santa Marija.

Ħajr lil Alexis Callus li għen bis-sħiħ biex issir l-applikazzjoni għall-fondi ta’ dan il-proġett, lil min emmen u approva dan il-proġett u l-fondi għalih, u lill-Fondazzjoni ghall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li permezz tagħha ressaqna l-applikazzjoni tagħna.