Il-knisja ddedikata lill-Konverżoni ta’ San Pawl għażluha biex tkun dik Parrokkjali minn fost knejjes oħra żgħar li kien hemm fir-raħal. Twaqqfu malajr żewġ Fratellanzi – Tas-Sagrament u tar-Rużarju. Il-Knisja preżenti bdiet tinbena fl-1727 fi żmien il-Kappillan Dun Gużepp Caruana. Telgħet fuq stil doriku u l-bini tal-ġebla tlesta fl-1744. Il-Konsagrazzjoni tagħha saret fl-10 t’Ottubru 1784 mill-Isqof V. Labini.