img-20200208-wa0001

Proġetti ta’ Manutenzjoni u Konservazzjoni – Il-kwadru tan-Nawfraġju ta’ San Pawl

Matul dawn il-jiem ser jittieħed għall-konservazzjoni u r-restawr ukoll il-kwadru tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li għandna fis-Sagristija.


Dan ix-xogħol ser isir mir-restawratriċi Dr Amy Sciberras.
Napprezzaw lil min qed jagħti mill-ħin, mill-ħidma u mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu, biex inkomplu għaddejjin bil-proġetti ta’ manutenzjoni, anke f’dawn il-jiem iebsin. Inħeġġu lil min jista’ jgħin biex ma joqgħodx lura.

scafoldin

Proġetti ta’ Manutenzjoni u Konservazzjoni – Il-knisja ta’ Santa Marija

Matul dawn il-jiem inġieb l-iscaffolding li tul ix-xahar ta’ Mejju  ser jibda jintrama fuq il-lat estern tal-knisja ta’ Santa Marija sabiex jinbeda l-proċess ta’ restawr u konservazzjoni tagħna.  

Il-proġett huwa possibbli bil-koperazzjoni sħiħa tal-Kunsill Lokali, permezz tal-iskema ta’ Proġetti ta’ Restawr ta’ Postijiet Storiċi, u ser jitwettaq mill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr.

lanterna (4)

Proġetti ta’ Manutenzjoni u Konservazzjoni – Il-lanterna tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali

Matul dawn il-jiem qed jeħlu f’posthom mill-ġdid it-twieqi tal-lanterna tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali li tul is-sena li għaddiet inqalgħu u ngħataw dawra sewwa f’tiswija ta’ ħsarat u manutenzjoni mis-Sur Anthony Abdilla, flimkien ma’ ibnu Edwin, u s-Sur Anthony Busuttil (Ta’ Kaspan).

F’Ottubru 2020, il-kumpanija Recowatt Ltd ta’ Ħaż-Żebbuġ ħadet ħsieb it-twaħħil ta’ solar film mal-ħġieġ biex inaqqas id-dawl u l-UV.

It-tibdil taċ-ċaċċis u t-twaħħil tat-twieqi qed isir mis-Sinjuri Edwin Abdilla, Manwel Dobono, Pawlu Busuttil u Alfred Polidano.