Ad Multos Annos Sr Bibiana

bibiana-3Grazzi Mulej tal-grazzji kollha li tfajt fuq il-komunità Ħalsafija permezz ta’ Sr Bibiana Grech O.P.

Grazzi Sr Bibiana:

  • tal-katekiżmu li mpenjajt ruħek fih biex iż-żgħażagħ tagħna jitilgħu b’karattru sod u nisrani
  • ta’ kemm sostnejtna bl-Ewkaristija, kemm permezz tat-tqarbin fil-knisja kif ukoll fost dawk li ma jistgħux joħorġu minn djarhom
  • tal-impenn tiegħek fil-liturġija biex il-kelma t’Alla tkompli tasal għandna bl-ikbar ħlewwa u tħalli l-frott
  • tal-ħidma tiegħek fid-djakonija u l-għaqdiet l-oħra biex il-lajċi jħossuhom iktar appoġġjati u ma jaqtgħux qalbhom
  • tal-pariri siewja, il-wens u l-faraġ li offrejt lil tant membri tal-komunità
  • tal-paċenzja li ħadt bin-nuqqasijiet u d-djufija tagħna

GRAZZI ……. GRAZZI     ……… u AD MULTOS ANNOS
[youtube https://www.youtube.com/watch?v=R_shtLg5lOg&w=560&h=315]

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *