Restawr Konservattiv tal-Bradella u l-Bankun tal-Istatwa Titulari ta’ San Pawl Appostlu ta’ Ħal Safi

Il-Bradella u l-Bankun tal-injam tal-Istatwa titulari ta’ San Pawl, miżmumin fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Safi, ġew ikkummissjonati lil Emanuele Buhagiar (1876-1962) fl-1934.

Il-Proċess ta’ Restawr fuqhom li sar minn Mario Vella Restoration ġewwa Raħal Ġdid inkluda dawn il-fażijiet:

Fażi 1 – Żarmar tal-iskultura u tal-panewijiet biex jitnaddfu aħjar.

Fażi 2 – Tiswija ta’ xi partijiet, speċjalment ta’ xi ħsarat, b’mod speċjali l-grif, u tal-partijiet neqsin.

Fażi 3 – Tindif u Irfinitura li tħalli l-patina bażika tagħha.

Fażi 4 – Applikazzjoni ta’ materjal kontra s-susa u insetti oħra.

Fażi 5 – Applikazzjoni ta’ lostru ġdid tat-tajjara, li jipprovdi konsistenza u omoġenjetà lill-wiċċ tal-bradella u l-bankun.

Fażi 6 – Armar u irfinar tal-partijiet kollha.

Hawn tistgħu taraw xi ritratti li juru diversi partijiet tal-proċess tar-restawr – https://www.facebook.com/pg/paroccaHalsafi/photos/?tab=album&album_id=1806096972978932

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *