Noqorbu lejn il-festa b’iktar attivitajiet u ċelebrazzjonijiet:
Il-Ġimgħa 21/08:
(a) Fis-6:30pm – Quddiesa, u wara, fis-7:00pm – Logħob għat-tfal kollha tal-parroċċa f’Misraħ il-Knisja, organizzat mill-Kummissjoni Kateketika.
(b) Mit-8:30pm ’il quddiem, tittella’ Lejla Maltija fil-Pjazza tal-Knisja.
Is-Sibt 22/08:
(a) Mill-5:00pm sal-5:30pm jiltaqa’ l-grupp tal-Abbatini.
(b) Fis-6:30pm – il-Quddiesa tkun b’suffraġju għall-erwieħ ta’ qrabatna mejtin, li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn, u għal ħutna mejtin li ħadmu għall-festa.
(c) Mit-8:30pm ’il quddiem, tittella’ Lejla Maltija fil-Pjazza tal-Knisja.
Il-Ħadd 23/08:
(a) Fit-8:15am – il-Quddiesa tkun bis-sehem tal-membri tal-Għaqda tan-Nar ‘San Pawl’, u fiha nitolbu b’mod partikulari għalihom u għall-familji tagħhom biex il-Mulej, bl-interċessjoni ta’ San Pawl, iħarishom minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem matul din il-ġimgħa speċjali tal-festa.
(b) Fl-10:00am – il-Quddiesa tkun biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, u wara ssir il-Preżentazzjoni tat-trabi lill-Appostlu missierna San Pawl.
(c) Mit-8:00pm ’l quddiem, ikla fiċ-Ċentru Parrokkjali b’risq il-Festa.
Add a Comment