SERVIZZI MILL-QALB LILL-PARRUĊĊANI:

TQARBIN TAL-MORDA: Kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u kull tielet Ġimgħa tax-xahar. Il-qraba tal-morda jistgħu jikkuntattjaw għat-Tqarbin fl-Uffiċċju Parrokkjali fuq in-numru 21649223.

MAGĦMUDIJA:  Tingħata l-Ħadd waqt il-Quddiesa tal-10:00am, kull meta jkun hemm ħtieġa. Isir notament minn qabel fl-Uffiċċju Parrokkjali u Katekeżi fid-dar. Jieħu ħsieb din il-Katekeżi: il-Kappillan.

RUŻARJU: Kuljum, 20 minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħodu u ta’ filgħaxija. Fix-xahar t’Ottubru jingħad quddiem Ġesu Sagramentat Espost.

ADORAZZJONI: Kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-Knisja ta’ Santa Marija.
Sajf – minn wara l-Quddiesa ta’ filgħodu sa nofsinhar. Mit-3.00pm sas-6.00pm.
Xitwa – minn wara l-quddiesa ta’ filgħodu sa nofsinhar; mit-3.00pm sas-6.00pm.
Kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, fil-Knisja fis-6.00pm
Kull tielet Erbgħa tax-xahar, fil-Knisja fis-7.00pm.

QRAR:
Kuljum fis-sagristija qabel il-quddies.
Nhar ta’ Sibt fil-5.00pm fil-Knisja.
Kull lejlet l-ewwel Ġimgħa tax-xahar fis-sagristija minn konfessur barrani, u kull meta jintalab personalment.