IL-KNISJA PARROKKJALI:

1 (60)sParroċċa: L-Isqof T. Gargallo waqqaf il-parroċċa ta’ Ħal Safi nhar it-13 t’April, 1598. Għal żmien twil ir-raħal kien għamel parti mill-Parroċċa ta’ Bir Miftuħ.

Knisja: Il-knisja ddedikata lill-Konverżoni ta’ San Pawl għażluha biex tkun dik Parrokkjali minn fost knejjes oħra żgħar li kien hemm fir-raħal. Twaqqfu malajr żewġ Fratellanzi – Tas-Sagrament u tar-Rużarju. Il-Knisja preżenti bdiet tinbena fl-1727  fi żmien il-Kappillan Dun Gużepp Caruana. Telgħet fuq stil doriku u l-bini tal-ġebla tlesta fl-1744. Il-Konsagrazzjoni tagħha saret fl-10 t’Ottubru 1784 mill-Isqof V. Labini.

Altari u Pittura:  Apparti l-Altar Maġġur hemm 7 altari oħra:

1. Dak fil-Kor iddedikat lil San Pawl; fuqu hemm kwadru ta’ Stefano Erardi li juri l-Konverżjoni tal-Qaddis.

2. Fil-Kappellun tal-Lemin hemm 2 altari, tar-Rużarju (pittura xogħol F. Zahra) u ta’ San Pietru.

3. Fil-Kappellun tax-Xellug hemm 2 altari, ta’ San Gużepp u tat-Twelid tal-Madonna (issejjaħ ukoll ta’ San Mikiel).

4. Fil-Korsija nsibu żewġ altari oħra – tal-Kunċizzjoni u tal-Madonna tal-Grazzja.

Fil-Koppla hemm pittura ta’ Ġanni Vella Ii tirrappreżenta d-Doni tal-Ispirtu s-Santu. L-istess pittur ħadem l-erba’ Evanġelisti li nsibu fil-lunetti.

Fuq il-ġnub tal-bieb prinċipali hemm żewġ niċeċ:

1. F’waħda minnhom titpoġġa l-istatwa titulari ta’ San Pawl (li nħadmet u tlestiet fl-1840 miż‑Żejtuni Xandru Farrugia).

2. Fl-oħra titqiegħed l-istatwa tad-Duluri li saret fl-1983.

Paviment: L-art tal-knisja nksiet bl-irħam fil-perjodu 1960-2 fuq disinn ta’ Manwel Buhagiar, wara li nbena ċ-ċimiterju tar-raħal li ġie ddedikat lill-Madonna ta’ Fatima.

Iz-zuntier inkesa b’ġebel taż-Żonqor wara li twessa’ fuq iż-żewġ naħat fl-2004. Tlesta wkoll it‑tqegħid tal-balavostri fl-2011.

Orgni: Dan wasal fl-1924 u nħadem mid-ditta Vincenzo Mascioni ta’ Cuvio, fl-Italja.

Qniepen: Dawk preżenti kienu nawgurati fl-1920; saru għand id-ditta Bartgozzi ta’ Milan.