Jum l-Ewwel Tqarbina: Niċċelebrawh, Niftakruh, Inġedduh.
Jum li ta’ min niċċelebraw:
Waqt li hu jum ta’ festa għat-tfal li għall-ewwel darba ser jirċievu t-Tqarbin Mqaddes, kif ukoll għall-familji tagħhom, dan il-jum għandu jkun ukoll Jum speċjali għalina bħala Parroċċa. Mhux biss għandna nieħdu interess u nawgurawlhom, imma tassew għandna nifirħu bil-qalb li numru sabiħ ta’ tfal mill-parroċċa tagħna ser jirċievu għall-ewwel darba lil Ġesù ġo fihom: Ġesù nnifsu li jersaq lejhom u jsir l-ikel tagħhom, bħalma jrid ikun l-għixien ta’ kull wieħed u waħda minna, sa minn età żgħira! Nifirħu għalhekk u niċċelebraw bis-sħiħ, imma mhux b’ħafna storbju u xenxilli, għax dawk jistonaw żgur ma’ dan il-ġest tal-Mulej. Niċċelebraw b’ġesti sempliċi ta’ għożża, talb u ġenerożità li jibqgħu juru bl-aktar mod ċar li t-Tqarbina hija l-okkażjoni speċjali, u mhux il-parties u r-rigali.
Jum li ta’ min niftakru
Il-Papa Franġisku, li apparti li jiltaqa’ ma’ diversi Isqfijiet u pellegrini fil-Vatikan, iżur ukoll xi parroċċi ta’ Ruma, meta jiltaqa’ ma’ dawk li jkunu qed iħejju ruħhom jew għadhom kif irċevew l-Ewwel Tqarbina, jgħidilhom biex jibqgħu jiftakru ta’ spiss f’dan il-jum meta Kristu jiġi għandhom u jingħaqad bl-aktar mod sħiħ magħhom tant li jagħtina s-saħħa fir-ruħ biex nemmnu u nagħżlu t-tajjeb. Kemm a]na xxurtjati li permezz tal-Ewkaristija Mqaddsa, Ġesù jagħżel li jiġi mhux biss fil-knejjes tagħna, imma saħansitra fina stess!
Jum li jiftaħ bieb għat-Tqarbin ta’ kuljum
Biss ejjew nifhmu li dan il-Jum huwa wkoll jum li jiftaħ il-bieb għat-Tqarbin, possibilment kuljum. Le mhijiex drawwa antika jew li tgħodd biss għall-anzjani, imma hija sfida għall kull wieħed u waħda minna li nagħmlu ħilitna biex waqt li nfittxu li nisimgħu u nobdu kliemu, nersqu nirċevuH bħala d-don tal-akbar imħabba. Inħeġġeġ għalhekk, kemm lit-tfal u kemm lil dawk kollha responsabbli minnhom, biex il-Quddiesa ssir appuntament regolari!
Żgur nifra] lit-tfal kollha tal-Ewwel Tqarbina, u nitlob il-barka ta’ Ġesù fuqhom u fuq il-familji tag]hom u nawgura li bħala parroċċa nagħmlu ħilitna biex l-entużjażmu ta’ dawn l-ulied għal Ġesù iħeġġiġna biex nagħmluha aktar miegħu.
Dun David Farrugia – Kappillan ta’ Ħal Safi
Add a Comment