Kampanja d-DJAKONIJA INT u JIEN

Matul dan ix-xahar, permezz tal-kampanja d-DJAKONIJA INT u JIEN fuq il-mezzi soċjali, qed jintefa dawl fuq il-ħidma tad-djakonija – u allura ħidma ma’ nies fil-bżonn – li jwettqu il-parroċċi id f’id mal-entitajiet djoċesani tad-djakonija.

L-istedina hi biex aktar nies joffru mqar ftit siegħat fis-sena jgħinu f’din il-ħidma, anke studenti li jistgħu jagħmlu dan bħala parti mill-istudju tagħhom.

Min ikun tixtieq jgħin, jista’ jkellem lill-kappillan jew irreġistra l-interess tiegħu fuq is-sit djakonija.org u jiġi kkuntattjat.

Tista’ tingħata wkoll donazzjoni finanzjarja permezz ta’ numri tad-donazzjoni.

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *